It-tielet rapport tar-regolatur dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment mhux biss huwa xhieda tas-suċċess li qed ikollu dan il-programm, iżda wkoll tas-serjetà li l-programm ta’ pajjiżna jitmexxa bih. Ir-regolatur jagħmel dan ċar f’numru ta’ partijiet minn dan ir-rapport fejn fost oħrajn jistqarr: “Dak li sibna f’dan ir-rapport huwa mhux biss huwa inkoraġġanti iżda indikazzjoni tas-suċċess enormi ta’ dan il-programm fi tletin xahar biss minn meta tnieda uffiċjalment. Jirrifletti wkoll l-esperjenza li akkumultat fl-aħħar sentejn u nofs, kif ukoll id-diliġenza li biha l-proċess jitmexxa minn dawk kollha involuti.”
Ir-rapport janalizza l-perjodu bejn Lulju 2015 u Ġunju 2016. Segwi filmat bin-numri dwar dak li ġara f’dan il-perjodu.