L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin esprima sodisfazzjon għal-laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Robert Abela. Matul din il-laqgħa, il-Prim Ministru ta iktar żmien lill-kumitat tal-esperti biex jikkonsulta dwar ir-rispons tiegħu għal abbozzi tal-Gvern, maħsuba biex jissaħħaħ il-ġurnaliżmu.
Sakemm issir din il-konsultazzjoni, il-liġijiet se jibqgħu fl-ewwel stadju tal-proċess parlamentari.
Għal dan, il-Partit Nazzjonalista ħareġ kontra u reġa’ qal li l-Gvern għandu jirtira minnufih it-tliet abbozzi ta’ liġi li ressaq biex isaħħaħ il-professjoni tal-ġurnaliżmu.
Il-Ħamis, il-Prim Ministru kiteb lill-kumitat ta’ esperti u għamilha ċara li l-proċess parlamentari se jibqa’ fi stadju tal-Ewwel Qari, biex imbagħad jistenna l-konsultazzjoni ulterjuri li jista’ jagħmel il-kumitat ta’ esperti maħtur minnu.