L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin kkundanna l-kummenti dispreġġjattivi u abbużivi li dehru fuq il-midja soċjali dwar il-Kap tal-PBS Norma Saliba.
L-IĠM qal li s-Sinjura Saliba talbet lil Ganado biex jirtira d-diskors li qal fuqha u jitlob skuża għall-insult li għamel fil-konfront tagħha.
L-IĠM ingħaqad mas-Sinjura Saliba u talab biex tittieħed azzjoni mill-Hate Crime and Speech Unit tal-Pulizija.
L-Istitut temm jgħid li hu ta’ għajb li fis-soċjetà hawn min għadu jaħseb li huwa aċċettabbli jgħaddi kummenti misoġinisti bħal dawn, speċjalment fil-konfront tal-ġurnalisti li jkunu qed jagħmlu xogħolhom.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/14/jinsulentaha-meta-kienet-qed-issaqsi-lil-grech-juza-l-kliem-prostituta-u-shuna-1/