L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (l-IĠM) ikkundanna bla riżervi dawk li sejħilhom “l-atti koroh” li seħħew il-Ħamis filgħaxija meta partitarju Nazzjonalista beżaq lejn ġurnalisti ta’ ONE News li kienu qegħdin jagħmlu xogħolhom.
Fi stqarrija li ħareġ il-Ħamis filgħaxija stess, l-IĠM esprima solidarjetà sħiħa mal-ġurnalisti u camerapersons ta’ din il-kamra tal-aħbarijiet “li kienu fil-mira ta’ dan l-aġir diżġustanti”.
L-IĠM qal li l-abbuż indirizzat lejn il-ġurnalisti qatt mhu aċċettabbli u ħeġġeġ lill-Pulizija biex tinvestiga l-każ u tressaq il-persuna l-Qorti.
AQRA AKTAR: