L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin iddiżassoċja ruħu minn The Shift News wara li din ippubblikat rapport tallega li l-fondi għall-COVID-19 b’xi mod qed jheddu lill-midja indipendenti f’Malta.
Rapport li deher fuq is-sit ta’ Times of Malta jispjega wkoll li l-IĠM ilmenta mal-Istitut Internazzjonali għall-Istampa, li jidher li kellu wkoll ir-rapport imsemmi. L-IĠM żied jinnota li huwa inkwetanti ferm li b’xi mod dan ir-rapport jista’ jitqies bħala riflessjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiż. F’messaġġ lill-Istitut Internazzjoanli, l-IĠM iċċara li ddiżassoċja ruħu minn dan ir-rapport malinn.
B’rabta ma’ dan, il-kmamar tal-aħbarijiet Times of Malta, The Malta Independent u Malta Today mistennija jressqu ilment formali lill-Istitut Internazzjonali għall-Istampa dwar dan ir-rapport.