Il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li jekk ikun fil-Gvern ineħħi l-liġi l-ġdida dwar il-midja u l-malafama li qed iressaq il-Gvern.
Xi ħaġa li ma niżlitx tajjeb mal-istitut għall-gurnalisti Maltin waqt laqgħa mal-kelliem Nazzjonalista Clyde Puli. Karl Wright il-President tal -IGM sostna li jrid li l-liġi tibqa’ u li huwa f’dan il-perjodu ta’ konsultazzjoni li l-liġi tista’ tissaħħaħ.
Wright stqarr li l-IĠM jaqbel mal-proposta li għandhom ikunu rreġistrati l-edituri ta’ siti tal-aħbarijiet, xi ħaġa li fi kliemu tpoġġi fl-istess livell il-mezzi tax-xandir u l-gazzetti. Dikjarazzjoni li tikkuntrasta bil-kbir ma dak li qed jinsinwa l-Partit Nazzjonalista billi jbeżża dwar il-kontroll tal-internet.
Wright temm billi stieden lill-Partit Nazzjonalista biex jagħti l-kontribut tiegħu biex il-liġi tal-midja ssaħħaħ il-libertà tal-espressjoni.