“Il-Partit Nazzjonalista, għal darb’oħra jinsab pass lura.”
Dan kien il-kliem li għażel juża l-eks Ministru Nazzjonalista, il-Perit Michael Falzon fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech.
Fl-artiklu tiegħu fil-gazzetta MaltaToday, Falzon kritika bl-aħrax il-viżjoni xotta tal-Partit Nazzjonalista u kif din ma qed tagħmel xejn biex tikkonvinċi l-elettorat bl-effettività tal-Partit Nazzjonalista.
“In attempting to ‘explain’ this purportedly new vision, the PN media has come out with even more meaningless vague words that provoke the listener to ask: where’s the beef?”
Falzon jibda l-artiklu billi jikkritika l-kliem vag irreputut minn Bernard Grech u jqabbel dan anke ma’ diskors b’saħħtu mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ftit tal-ġimgħat ilu.
“Vague words about the PN’s new vision after Bernard Grech’s election as party leader have been repeated again and again.”
Sostna kif għal dan id-diskors mill-Ministru Caruana, il-Partit Nazzjonalista lanqas biss indenja ruħu jirreaġixxi bi proposti tanġibbli.
“The PN’s response was a deafening silence because one cannot compare tangible policies with vague talk about vague visions.”
L-eks Ministru Nazzjonalista jkompli jgħid kif il-kliem pompuż tal-Partit Nazzjonalista li ma jġorr ebda portata, huwa riżultat ta’ politika antika li għadha tiddomina f’Tal-Pietà.
Falzon fil-fatt jgħid li aktar milli kliem minn imkien dwar ‘viżjoni ġdida’, il-Partit Nazzjonalista jrid jibdel totalment il-politika tiegħu.
“That is because the PN needs a serious revamping of its policies rather than more and more vague talk about its ‘new vision’ that suddenly turned up from nowhere when Bernard Grech became leader.”
B’hekk ikompli jgħid li l-Partit Nazzjonalista bħalissa dejjem qed ikun pass lura hekk kif Bernard Grech u l-klikka tiegħu fallew lill-istess Partit.
“In essence, the PN is actually one step backward, once again.”
Intant Falzon faħħar il-mod kif il-Partit Laburista taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, qed jirnexxielu jkompli jiġġedded u fl-istess ħin ikompli jieħu ħsieb l-ekonomija ta’ pajjiżna.
“Labour is now cleverly putting across the perception of a Labour government under Robert Abela, slowly but surely cleaning the stables without rocking the country’s economy.”