L-ibħra Maltin huma fost l-isbaħ u dan wassal biex reklam Żvediż kien miġbud fl-ibħra impekkabbli li jdawru l-Gżira Għawdxija. Il-produtturi ta’ din il-kumpanija li tipprovdi l-internet fissru dawn l-ibħra bħala ġojjell.
Il-Produturri bdew iduru gżejejr differenti f’Mejju li għadda, iżda ssaħħru wara l-baħar ċar kristall madwar Malta u Għawdex, u sa Awissu, il-produzzjoni temmet ħidmietha fuq dan ir-reklam, li nħareġ fiċ-ċinema tul din il-ġimgħa.
Fir-Reklam tidher għaddasa mingħajr tank tal-arja togħdos f’baħar ċar kristall, fejn hemm tiltaqa’ ma’ balena. Produtturi qalu li minkejja ċ-ċokon il-baħar madwar Għawdex qabel perfettament mal-kriterji li kellhom, għaliex barra li hu ċar biex tiġbed fih, jidher fond.
Il-Kumpanija Maltija Producer’s Creative Partnership kienet involuta fil-proċess biex l-ibħra Għawdxin ikunu l-protagonisti tar-reklam. Minbarra l-estitka li offrew il-Gżejjer Maltin, dawn kienu ukoll sit effiċjenti, fejn akkomodazzjoni u crew tal-films Malti kienu biss ftit minuti ‘l bogħod, u b’hekk il-produtturi ma kienx se jkollhom problema ta’ ħin. Dan ukoll f’każ li ikun hemm bżonn li jinbidel is-sit minħabba l-maltemp.
Il-Ġbid ta’ dan ir-reklam fisser ukoll opportunita ta’ xogħol għall-ħaddiema lokali fl-industrija, hekk kif sebgħin fil-mija tal-ħaddiema kienu Maltin u Għawdxin li għenu biex isibu l-aqwa siti taħt il-baħar għall-ġbid.
Dan kollu wera biċ-ċar mhux biss kemm il-Gżejjer Maltin huma sit ideali għall-industrija tal-films minħabba l-estetika li joffru, iżda anke minħabba l-aċċessibilta ta’ crew tal-films lokali u akkomodazzjoni li jagħmlu d-deċiżjoni tal- produtturi internazzjonali fer iżjed faċli.
Il-Produttur ewlieni Alexander Blinder, saħaq mal-midja lokali li din kienet l-ewwel darba li żar il-Gżejjer Maltin, u li dawn kienu l-aħjar għażla tal-kumpanija għal dan ir-reklam.