B’referenza għal rapporti li saru li l-bank HSBC kien qed jikkunsidra li jagħlaq minn Malta, fi tweġiba lil dan is-sit il-bank għażel li ma jikkummentax dwar xniegħat u spekulazzjoni. Kien is-sit Amerikan Bloomberg li fost il-pajjiżi li l-HSBC kien qed jikkunsidra li jagħlaq l-operat tiegħu semma’ lil Malta.
Madankollu fi tweġiba qasira, l-HSBC stqarr li huwa m’għandux kummenti dwar din il-materja.