Fi stqarrija, il-kumpanija HSBC Bank Malta pls qalet li m’hemmx negozjati bejnha u l-bank tal-Knisja, l-APS, biex jinxtara l-bank.
Dan wara li jumejn ilu, il-bank kien ħareġ stqarrija oħra, li kienet informat lill-bord tad-diretturi tagħha li se tibda analiżi strateġika tal-ishma indiretti ta’ 70.03% li għandha fil-bank.
Esperti finanzjarji kienu qalu lil ONE News li din l-istqarrija tal-HSBC dwar ir-reviżjoni tal-operat tal-bank kienet indikazzjoni li, wara 25 sena, il-kumpanija mferrxa madwar id-dinja qed tikkunsidra li ma tibqax topera minn hawn, aktarx bħala parti minn ristrutturar internazzjonali f’numru ta’ pajjiżi.
Ingħad li l-bank se jkun qed jagħti aktar tagħrif kif u meta jħoss xieraq.