L-Aġenzija Maltija kontra l-Ħasil tal-Flus, l-FIAU, immultat lill-bank HSBC €82,000, wara li nstab ħati li kiser il-liġijiet dwar il-ħasil ta’ flus.
Fi stqarrija ntqal li l-HSBC ma setax jiġġustifika tranżazzjoni ta’ €2 miljun li saret minn wieħed mill-klijenti tiegħu.
Intqal li, f’każ separat, is-sistemi tal-bank naqsu milli jinnotifikaw lill-bank b’numru ta’ tranżazzjonijiet b’valur ta’ €800,000, li saru minn klijent.
L-FIAU innutat li l-bank jagħmel investiment b’mod regolari fir-riżorsi tiegħu sabiex jiġġieled il-ħasil tal-flus.