Il-bank HSBC ħabbar li s-sena l-oħra kellu riżultat rekord, hekk kif kellu profitt qabel it-taxxa ta’ mija erbgħa u ħamsin punt ħames miljun ewro (€154.5 miljun). Dan ifisser żieda ta’ aktar minn għoxrin miljun ewro, meta mqabbel ma’ sena qabel.
Dan ir-riżultat tħabbar mill-bank, fejn intqal li dan ġie rreġistrat minħabba tkabbir fid-dħul, irkupru fuq telf ta’ kreditu mistenni u investimenti iffokati.
Id-dividend hu ta’ 22 ċenteżmu, li hu l-ogħla li qatt kien fl-aħħar għaxar snin.
Fl-aħħar xhur, il-bank kien ħabbar li jbigħ l-ishma u ntqal li kien hemm interess minn diversi kumpanija biex jixtru s-sehem tiegħu.