Fi stqarrija HSBC Bank Malta qal li jinnota l-interess kontinwu dwar jekk il-korrispondenza mill-fergħa tiegħu tal-Bank ta’ Ħ’Attard kienetx maħruġa wara li l-fergħa kienet ingħalqet.
Il-bank ikkonferma li ċerti ittri kienu nħarġu bl-indirizz tal-fergħa ta’ Ħ’Attard wara li din għalqet. Dan seħħ minħabba żball amministrattiv fis-sistema tal-korrispondenza u templates tal-bank.
Kienet il-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia li bdiet b’sensiela t’artikli tallega attività ta’ frodi miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Huwa mill-ewwel ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u ippreżenta kawża ta’ libell fil-Qrati Maltin. L-istorja umbagħad inqabdet f’ġurnali bħal The Malta Independent u
Aktar kmieni llum Schembri preżenta korrispondenza maħruġa minn dak responsabbli mill-kummerċ tal-bank, li turi li m’hemm xejn illeċitu fir-relazzjoni tiegħu mal-bank.
F’ittra ffirmata mill-manager tar-relazzjonijiet pubbliċi, HSBC tenna li bħala bank ma jikkummentax pubblikament dwar kontijiet u relazzjonijiet ta’ klijenti individwali.
AĠĠORNATA
B’reazzjoni Keith Schembri qal li issa huwa ċar kristall li din is-saga mhix għajr lista twila ta’ fabbrikazzjoni u gideb fil-konfront tiegħu, bil-għan biss li tkun imtappna r-reputazzjoni tiegħu u allura, minħabba l-ħidma tiegħu, tal-Gvern. Qal li ma jistenna xejn aħjar minn ċertu bloggers, iżda hemm istituzzjonijiet tal-media li qiegħdin iġibu rwieħhom b’mod li jhedded prinċipji demokratiċi u l-ġid tal-pajjiż.