Il-Bank HSBC ġie mmultat €5,000 wara li kiser id-data personali u dritt fundamentali ta’ wieħed mill-impjegati tiegħu, Mark Muscat.
Dan il-każ jeħodna lura għal Frar tas-sena l-oħra meta Muscat akkuża lill-HSBC Malta li kiser id-drittijiet tiegħu wara li ma ngħatax informazzjoni bankarja personali mitluba minnu.
Id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u d-Data, Saviour Cachia, wriet biċ-ċar li l-Bank ċaħad u naqas milli jagħti din l-informazzjoni bankjarja.
Il-Kummissaju Cachia fid-deċiżjoni qal abjad fuq iswed li l-ebda impjegat ma jista’ jiċċaħħad milli jingħata aċċess għall-informazzjoni.
Apparti dan, id-deċiżjoni finali talbet ukoll lill-Kumpanija sabiex tagħti kopja tal-informazzjoni mitluba lill-Muscat fl-inqas żmien possibli.
F’deċiżjoni simili f’Awwissu li għadda il-Bank HSBC intalab jħallas ukoll multa ta’ ħames t’elef ewro lil Muscat wara li nqabad jagħmel moniteraġġ eċċessiv tal-kont bankarju tiegħu kif ukoll tal-kitba tiegħu fuq il-midja soċjali, mingħajr ma hu stess kien avżat minn qabel.