Waqt ir-rendikont finanzjarju tal-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-bank HSBC nnota kif bejn Jannar u Ġunju għamel qligħ ta’ qabel it-taxxa ta’ €16.2-il miljun.
Il-bank ser isostni d-dividend fejn għal kull sehem l-azzjonisti se jirċievu dividend gross ta’ 4ċ (total mingħajr taxxa) għal kull sehem. Dan ifisser li għal kull sehem wara li titnaqqas it-taxxa, l-azzjonisti ser jircievu 2.6ċ għal kull sehem. L-HSBC ħabbar ukoll li għal darb’ohra ser ikun qiegħed izomm il-proporzjon tad-dividend kurrenti ta’ 65%.
Andrew Beane, Direttur u Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta, l-HSBC hu kburi bil-progress li għamel biex laħaq l-ogħla livell ta’ standards ta’ konformità kontra l-kriminalità finanzjarja fil-bank, għaliex dan jagħti fiduċja lill-klijenti meta jużaw is-servizzi ta’ HSBC. Żied jgħid li hu essenzjali li s-sistema finanzjarja kollha kemm hi tkun kapaċi turi konformità sħiħa u effettiva mal-istandards tal-Unjoni Ewropea.