Il-Bank HSBC Malta għamel qligħ qabel it-taxxa ta’ €25.9m għas-sitt xhur li ntemmu fit-30 ta’ Ġunju 2017, meta mqabbel mal-€41.3m għall-istess perjodu fl-2016. Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ €15.4m jew 37% fuq il-perjodu preċedenti.
F’rapport dettaljat il-bank ta’ rendikont ta’ kif mar fl-aħħar sitt xhur, fost oħrajn, intqal li l-kontijiet tal-klijenti kienu jammontaw għal €4,870 miljun.
Andrew Beane, Direttur u Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta, tenna li l-prestazzjoni matul l-ewwel nofs tas-sena kienet konformi mal-aspettattivi tal-maniġment. Wara l-aġġustament għall-introjtu mill-bejgħ tal-parti ta’ HSBC f’Visa Europe, il-profitti kienu aktar baxxi. Dan seħħ minħabba l-impatt kontinwu ta’ rati ta’ imgħax negattivi.