Il-President ta’ Malta George Vella inawgura uffiċjalment il-fergħa ewlenija tal-bank HSBC f’Ħal Qormi, li nbniet skont ħtiġijet li dejjem qed jevolvu tal-konsumaturi tal-bank. Din hija wkoll l-ewwel fergħa li l-bank qed iniedi b’dehra ġdida u aktar moderna.
Fl-indirizz tiegħu, il-President Vella qal li okkażjonijiet ta’ bidu ġdid bħal ma kienet din jimlewna lkoll b’sens ta’ motivazzjoni u tama għal wara ż-żmien ta’ sfida tal-pandemija. Hawnhekk radd ħajr ukoll lit-tmexxija u l-ħaddiema tal-bank li dan iż-żmien ma qatgħalhomx qalbhom milli jwettqu proġett ambizzjuż bħal dan.
Il-fergħa l-ġdida se jkollha wkoll 20 spazju ta’ parkeġġ, fosthom anke għal vetturi elettriċi. Fl-istess ħin, il-klijenti se jkollhom kmamar apposta għal laqgħat privati mal-bankiera fejn jistgħu jiddiskutu servizzi aktar personali, bħal self għax-xiri tad-djar.
Il-Kap Eżekuttiv tal-bank, Simon Vaughan Johnson, qal li hawnhekk il-klijent se jkollu esperjenza aħjar u aktar konvenjenti.
Huwa qal, “The reason we’ve openened the branch here is to make it more convenient for our customers. The main point to make is that it will be open from Monday to Friday until seven in the evening.”