L-inċertezzi ta’ Brexit qed iġibu magħhom ukoll diversi sfidi marbuta mal-provżjonijiet ta’ numru ta’ mediċini fosthom l-EpiPen. Filfatt, il-ġurnal Times of Malta rraporta li deċiżjoni tal-Gvern Ingliż li jwaqqaf l-esportazzjoni ta’ din il-mediċina li tinagħta waqt allerġiji severi wasslet għal nuqqas kbir tagħha mis-swieq Ewropej.
Biex din il-problema ma tolqotx lis-suq Malti, d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega li l-Gvern ordna ħażna ta’ din it-tip ta’ mediċina biex l-ġimgħa d-dieħla l-pazjenti Maltin li jbatu minn allerġiji severi ma jkunux affetwati minn dan in-nuqqas.
Segwi l-kumment tal-Ministru tas-Saħħa: