Seba’ mija u ħamsin anzjan/a ħa jgawdu minn żieda fil-benefiċċju magħruf bħala Carer at Home.
Dan il-benefiċċju li jingħata lill-anzjani li jibqgħu jgħixu fil-komunità u jkollhom persuna f’għajnuna fid-dar se jkunu qed jieħdu għotja ta’ €7,000 fis-sena.
Sa din is-sena din l-għotja hija ta’ €6,000 u b’hekk bil-Budget li qed iħabbar il-Ministru Clyde Caruana, l-għotja se tiżdied b’elf ewro.
Il-Ministru Clyde Caruana spjega wkoll li din il-miżura hija mmirata biex aktar anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunitá filwaqt li tagħti sostenn lill-carers informali biex jibqgħu fid-dinja tax-xogħol.
Se jkun qed jiżdied ukoll ir-rata ta’ sussidju tal-iskema tal-Home Helper of Your Choice.
F’dan ir-rigward is-sussidju se jitla’ għal €7 is-siegħa biex aktar anzjani jiġu inċentivati sabiex jagħżlu l-carer tagħhom.