Fil-Budget għas-sena d-dieħla, il-Ministru għall-Finanzi ħabbar ukoll kif l-għotja għall-Anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità jew f’dar tal-anzjani privata għal dawk l-anzjani fl-eta’ ta’ 80 sena jew aktar ser tkun qed tiżdied b’€50.
B’hekk din ser tiżdied għal €400 fis-sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn din iż-żieda ser igawdu madwar 21,000 anzjan b’investiment ta’ miljun ewro.
Fuq din il-miżura, dawk li għandhom ħamsa u sebgħin sena jew aktar se jibqgħu jieħdu t-tliet mitt ewro fis-sena.