L-għotjiet finanzjarji għall-iskrappjar ta’ vetturi li jħammġu se jerġgħu jiġu estiżi filwaqt li l-għotja għall-iskrappjar ta’ vetturi f’Għawdex se tiżdied b’€1,000.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana waqt il-qari tal-Budget għas-sena d-dieħla.
Fil-fatt, filwaqt li ħabbar kif l-għotja finanzjarja li tlaħħaq sa €2,000 fuq skrappjar ta’ vetturi li jħammġu se tiġi estiża, f’Għawdex din se tiżdied aktar.
Dan hekk kif l-ammont ta’ snin li karozza ddum tinstaq f’Għawdex hija iktar minn ta’ Malta.
Fid-dawl ta’ dan, sabiex jonqsu dawn il-vetturi b’rata iktar mgħaġġla, mit-12 ta’ Ottubru, l-għotja għas-sidien ta’ vetturi li jħammġu f’Għawdex meta din tiġi skrappjata, ser tiżdied b’€1,000 biex b’hekk l-ammont jitla’ sa massimu ta’ €3,000.