Twieldet fis-7 ta’ Marzu tal-1912 u allura qed tiċċelebra l-110 sena tagħha. Maria Farrugia mill-Ħamrun hija l-ixjeħ persuna f’Malta.
Maria kellha ħajja sempliċi. F’ħajjitha hi għaddiet minn kollox. Ommha għexet sa 100 sena. Kienu 5 aħwa u wħud minnhom mietu żgħar. Tiftakar lil wieħed minn ħuha li miet ta’ 37 sena meta laqtitu bomba f’wieħed mill-ewwel airaids li kien hawn fuq Malta. Maria twieldet il-Mosta, trabbiet l-Imsida u fi żmien il-gwerra kienet toqgħod il-Ħamrun. Hi ilha armla mill-1962. Kellha tlett itfal, li tnejn minnhom mietu. Lil Maria jieħdu ħsiebha t-tifla Carmen u n-neputi Stephen
Maria tgħix ġurnata b’ġurnata. Li kien għaliha tagħti daqqa t’id f’kollox. Għexet il-pandemija tal-influwenza Spanjola, imma kienet għadha żgħira, u issa anki l-pandemija tal-Covid-19.