Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva l-proġett rivedut tat-torri ta’ Townsquare hekk kif l-għoli tat-torri issa niżel bi ħdax-il sular.
Fi stqarrija, l-għaqda li tirrappreżenta l-interessi kummerċjali u tar-residenti Slimiżi laqgħet id-deċiżjoni tal-Awtorità li semgħet it-tħassib tas-Slimiżi.
Il-proġett rivedut u issa approvat għandu wkoll distanza ferm ikbar bejn l-iżvilupp li se jseħħ u l-propjetajiet fil-madwar.