L-għira wasslet raġel ta’ 41 sena għal-sentenza ta’ sitt snin ħabs wara li prova joqtol lil martu b’daqqiet ta’ sikkina. Il-każ seħħ f’Mejju ta’ ħames snin ilu meta Kevin Micallef segwa l-mara tiegħu ġo bar f’Birkirkara u minn hemm lemaħa ħierġa ma ħabib tagħha.
Micallef baqa’ jsegwi l-karozza li kienet fiha u x’ħin il-mara indunat bih hija niżlet biextara min kien qed isegwiha. B’konsegwenza t’hekk huwa niżel u attakkaha b’sikkina fl-istonku. Kawża tal-ġrieħi li ġarrbet hija kellha tidaħħal l-isptar fejn saritilha operazzjoni b’urġenza.
Micallef kien ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih b’hekk ma kienx hemm il-bżonn li jgħaddi ġuri. Fil-Qorti instema’ wkoll li l-mara kienet tiġa gġamlet xi rapporti li hemm karozza li qed issegwiha.
Micallef li kien affaċjat b’seba’ akkużi fosthom li kellu sikkina mhux liċenzjata, attentat ta’ qtil, intimidazzjoni u li darab ħafif żewġ irġiel oġra.
Kien għalekk li l-Qorti tagħtu sentenza ta’ sitt snin ħabs flimkien ma multa ta’ €116.