Kien dan is-sens ta’ għaqda li kkaraterizzat id-diskors tad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona fuq il-fososs tal-Furjana. Cardona fakkar kif il-moviment li bena Joseph Muscat madwar il-Partit Laburista rnexxielu jilħaqq l-iskop ġenwien li jgħaqqad il-pajjiż.
Id-deputat mexxej tal-Partit Laburista tenna li Simon Busuttil ibbażża kampanja elettorali sħiħa fuq gidba faħxija u għadu s’issa jammetti li se jibqa’ marbut mas-siġġu tal-poter anka jekk jinqabad li gideb. Chris Cardona sostna li l-unika sodisfazzjon ta’ Busuttil huwa li pajjiżna jkun attakkat mill-kompetituri tagħna.
“Il-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil tant huwa ddisprat li wasslu biex saħansitra jbiegħu lill-pajjiżna lill-kompetituri tagħna. F’kampanja sħiħa, l-unika sodisfazzjon li ħa Simon Busuttil u sħabu kien meta pajjina spiċċa attakkat. Minn Partit Nazzjonalista, spiċċaw partit tal-merċenarji”.
Chris Cardona sostna li l-għan tal-Partit Laburista għall-ħames snin li ġejjin hu li jkollna Gvern li ma jieqafx joħlom u li għandu bosta aspirazzjonijiet biex b’ dik l-enerġija pożittiva li għandu l-Prim Ministru pajjiżna jibqa’ jikseb suċċess wara l-ieħor.
Id-Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Partit fakkar kif il-Partit Laburista verament qed jgħix l-prinċipji tant għall-qalbu tal-ġustizzja, tolleranza, dinjita’ u fuq kollox imħabba lejn il-poplu Malti u Għawdxi kollhu. Huma dawn il-valuri li qed jiksbu dan s-suċċess.
“Bi Gvern immexxi minn Joseph Muscat, nibqgħu sejrin dritt lejn direzzjoni waħda…direzzjoni suċċess”.