Sirjan ta’ 48 sena ingħata s-sentenza ta’ sena ħabs u mmultat aktar minn mitt ewro.
Dan wara li fil-Qorti t’Għawdex wieġeb ħati għall-akkużi li fl-Ewwel tas-Sena meta kien ir-Rabat Għawdex, ikkommetta serq, ġarr fuqu strumenti li jtaqgħu u bil-ponta mingħajr liċenzja jew permess mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija, għex ħajja ta’ għażż u vagabundaġġ u li kien riċediv.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.