Li qed ngħixu ħajja mgħaġġla huwa fatt. Iżda daqstant ieħor huwa fatt li mingħajr attivita fiżika, il-mard jaħkimna iktar faċli.
Kien dan l-iskop ta’ mixja li saret is-Sibt wara nofsinhar, li tat bidu għal diversi attivitajiet li se jkunu qed jiċċlebraw il-Jum Dinji tal-Fiżjoterapija.