Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li minflok waqqaf it-tlett MEPs nazzjonalisti milli jagħmlu l-ħsara lill-pajjiżna fl-istituzzjonijiet ewropej, Adrian Delia issa qed jibża’ u qed jgħid li din l-elezzjoni mhijiex elezzjoni bejn il-partiti politiċi.
Sa llum stess Adrian Delia minflok qasam il-viżjoni tiegħu għal Malta iddeċieda li jkompli jgħid kontra pajjiżna fil-preżenza ta’ Manfred Weber il-President tal-EPP
Il-poplu Malti jaf li f’din l-elezzjoni, l-għażla hija bejn Joseph Muscat u Adrian Delia. L-għażla bejn min jaħdem kontra l-pajjiż u min għandu lil Malta għal qalbu.