Il-paratleta maltija Maja Theuma ħadet sehem fil-kompetizzjoni tal-għawm waqt il-logħob Paralimpiku ta’ Pariġi.
Theuma ikkompetiet fil-50 metru freestyle il-Ħamis wara nofs-in nhar. Hija kienet fl-azzjoni f’heat numru 1 u kellha ħin ta’ minuta u 13.10 sekondi. Maja Theuma kienet taħt is-superviżjoni tal-kowċies tagħha Edward Caruana Dingli u Tim Hartley.
Din il-heat kienet mirbuħa mill-għawwiema ċiniża China’s Yuyan Jiang f’ħin ta’ 32.70 sekondi.
Nhar il-Ħadd li ġej jidħol fl-azzjoni il-paratleta l-ieħor malti Antonio Flores hekk kif se jikkompeti fil-100 metru tal-Atletika.


Il-kontinġent malti fil-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi

Maja Theuma u Antonio Flores waqt iċ-ċwrimonja tal-ftuħ l-erbgħa filgħaxija