- Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Minkejja l-kampanja ta’ biża’ li issa ilha għaddejjha fuq l-isptar f’Għawdex minn Simon Busuttil u l-Oppożizzjoni tiegħu, il-verità hi li l-Għawdxin se jkollhom l-aqwa sptar ta’ kwalità u li se jkun b’xejn. Dan il-kliem mhux qed jgħidu biss il-Gvern u l-Partit Laburista, qalu wkoll l-eks-Deputat Nazzjonalista Albert Fenech.
Hija gidba li se jkun hemm xi forma ta’ privatizazzjoni iżda sħubija strateġika li minnha se jgawdu l-pażjenti Għawdxin, Maltin u kull min se jkun qed juża s-servizzi tal-isptar. Liema servizz se jibqa’ b’xejn.
Kif stqarr l-istess Albert Fenech li l-Oppożizzjoni tista’ faċilment tistaqsi lilu għal xi informazzjoni, hemm ħafna affarijiet li qed jingħadu dwar l-isptar ta’ Għawdex li mhux vera.
Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista jerġgħu jreġġgħu l-arloġġ lura għal sptar tat-tieni klassi, mitluq u mhux denju tal-poplu Għawdxi.
Minflok dan il-Gvern, bl-għajnuna tal-privat qed jagħti sptar tal-ogħla livell, servizz tal-ogħla livell, kif ukoll abbinat, l-iskola medika Barts li se tkun qed tattira ħafna nies minn barra u li permezz tagħhom se twassal għal aktar tkabbir ekonomiku fil-gżira Għawdxija.