Is-Soċjetà Filarmonika Leone, flimkien mal-Parroċċa tal-Katidral, se jorganizzaw il-Festa ta’ Sant’Ursola – Patruna t’Għawdex. Din se tinvolvi sensila t’attivitajiet nhar il-Ħadd 21 t’Ottubru 2018, b’mużika reliġjuża u ċelebrazzjonijiet festivi.
Kif kienet it-tradizzjoni sa mill-5 seklu, Sant’Ursola kienet prinċipessa Brittannika li marret għall-pellegrinaġġ fejn kienet maqtula mit-Tribu Unni qrib Cologne fil-Ġermanja.
Il-Bust-relikwa ta’ Sant’Ursula, Patruna t’Għawdex, kienet mogħtiha lill-Katidral tal-lum mill-Gvernatur Eugenio Ramirez Maldonado meta kien appuntat Gvernatur t’Għawdex fl-1610. Infatti, dan huwa wieħed mill-aktar oġġetti prezzjużi u antiki fil-pussess tal-Katidral t’Għawdex.
L-Għawdxin bdew jitolbu għall-interċessjoni ta’ Sant’Ursola f’każijiet ta’ mard qerriedi, terremoti u nixfa. Sant’Ursola kienet iddikjarata Patruna t’Għawdex fl-1620, bil-festa tkun il-21 t’Ottubru. Dan kien sar f’Sinodu Djoċesan li kien ikkonfermat mill-Pontifiċju Ruman.
Id-Devozzjoni lejn Sant’Ursola kompliet tikber f’Għawdex b’tali mod li meta l-Gvernatur Maldonado telaq minn Għawdex bil-bust, l-Arċipriet tal-Matriċi, il-Ġudikatura u l-Gvern Regjonali t’Għawdex talab li l-bust jibqa fil-Matriċi.
Nhar il-Ħadd 21 t’Ottubru 2018, il-purċissjoni ta’ Sant’Ursola se ssir wara assenza ta’ 51 sena. Mid-9:30am ‘l quddiem se jkun hemm Festa Folkloristika fil-Pjazza tal-Katidral, bil-purċissjoni toħroġ fl-10:15am, quddiesa kantata fl-10:30am, sfilata folkloristika fil-11:30am, qari ta’ leġġendi f’12:30pm, kunċert bl-orgni u taħdida minn Mons Dr Joseph Bezzina dwar il-kult ta’ Sant’Ursola. fl-4:00pm.
Din il-festa hija parti mill-programm Opera is Gozo tal-Ministeru għal Għawdex.