Iċ-Ċentru Laburista fin-Nadur Għawdex illum qed jilqa’ fih mijiet ta’ Għawdxin li inġabru l-Ħadd filgħodu biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Wara l-merħba mill-isbaħ li ngħata f’kull lokalità li tkellem fiha l-Prim Ministru sa issa f’Malta, l-mexxej Laburista intlaqa’ ukoll minn folla kbira ta’ nies f’Għawdex. Mijiet ta’ nies inġabru ukoll barra ċ-ċentru Laburista.