Mit-torri ikoniku tagħhom f’waħda mid-disgħa bajjiet li huma responsabbli minnhom, l-għassiesa tal-għawm f’pajjiżna jassistu mat-tliet elef persuna kull sajf.
ONE News segwa sessjoni ta’ taħriġ li jinsabu għaddejjin minnhom l-għassiesa tal-għawm li tul dan is-sajf se jkunu b’seba’ għajnejn fil-bajjiet biex jilqgħu għal kull eventwalità. Robert Brincau, mis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar spjega li l-lifeguard irid ikun attent il-ħin kollu għax f’kull f’kemm trodd salib jista’ jinqala inċident.
Statistika li għandna ta’ dawn l-aħħar ħames snin għandek qisu tliet elef fis-sena.. dawn ivarjaw ovvjament, jibdew minn gdim ta’ bram, forsi xi affarjiet oħra li jinqalgħu fuq il-bajja bħal first aid, imbagħad jibgħu sejrin sa’ insalvaw nies mill-baħar.. hawn għandek bejn tletin u ħamsin rescue fil-baħar.
Is-Sur Brincau qal li n-numri ta’ inċidenti fuq il-bajjiet qed jonqsu għall-fatt li l-għassiesa qegħdin iduru mal-bajja u jitkellmu man-nies, f’każ li jkunu se jipperikolaw ħajjithom.
Waqt li spjega l-ħidma li jwettqu minn sbieħ ix-xemx sa nżulha, is-Sur Brincau qal li huwa kruċjali li l-għassiesa jaħdmu bħala team kemm fil-baħar u kemm fuq l-art.
Tajjeb li wieħed isemmi li l-lifeguards ikunu mħarrġa u mgħallma wkoll dwar kull bajja partikolari.. għax aħna nkunu nafuhom sew il-bajjiet iżda n-nies forsi le… allura imporatnti li l-lifeguards ikunu jafu dwar it-temp, il-kurrenti, ta’ kull bajja.
Is-Sur Brincau qal li l-għassies tal-għawm għandu jkun jaf jgħum sew u atleta tajjeb.
Intant minn din is-sena l-għawwiema jistgħu jitgħarrfu bis-sitwazzjoni fil-bajjiet minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Red se jibda proġett fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Red Cross b’aġġoranamenti dwar is-sitwazzjoni f’kull bajja, u fejn huwa sigur biex dak li jkun imur jgħum.