Fit-tarf tal-Mosta fuq Burmarrad u b’veduta mill-isbaħ hemm ġnien il-ġmiel tiegħu li forsi ftit jafu bih. Jismu l-Għarusa tal-Mosta. Illum huwa wkoll lok ta’ mistrieħ għall-istudenti tal-MCAST li jistudjaw fl-istitut li jinsab ftit passi bogħod. Iżda, għalkemm il-post għandu potenzjal mill-aqwa u laħaq kien post ta’ żvog għall-ħafna familji llum qed jibki għal dawra tajba.
In-nuqqas ta’ manutenzjoni u l-aġir ċar ta’ persuni rresponsabbli qed iwasslu biex Ġnien l-Għarusa tal-Mosta llum huwa simbolu ta’ telqa iktar milli ġmiel naturali. Minn hawn l-appell biex min hu responsabbli jieħu azzjoni. Meta ftit ġimgħat oħra jispiċċa s-sajf dan hu post mill-isbaħ fejn ħafna familji jistgħu jgħaddu l-ħin tagħhom. Għax filwaqt li tajjeb li nitkellmu dwar postijiet ta’ żvog ġodda jkun għaqli wkoll nieħdu ħsieb dak li għandna.
Ritratti: Jason Micallef