Raġel ta’ wieħed u erbgħin li reġa’ bdielu darbtejn qabel kien se jiżewweġ ġie ordnat iħallas iżjed minn erbatax-il elf ewro f’danni lill-ġenituri ta’ dik li kellha tkun martu.
Fil-Qorti instema’ kif f’’Ġunju ta’ tliet snin ilu r-raġel u l-mara kellhom jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ.
Intqal li r-raġel kien sbatax-il sena iżgħar mit-tfajla u fil-passat kellu żwieġ ieħor li kien ġie ddikjarat null.
Ftit qabel kellu jiżżeweġ lill-għarus tiegħu, ir-raġel xtaq jipposponi ż-żwieġ u ta’ dan weħlu elfejn ewro spejjeż tal-kiri tas-sala.
Iż-żwieġ kellu jsir tlett xhur wara iżda ftit qabel, ir-raġel reġa’ qabad jibdielu u quddiem counsellor stqarr li mhux lest jidħol għaż-żwieġ minħabba fost l-oħrajn indħil żejjed mill-ġenituri tat-tfajla.
Il-counsellor spjegat ukoll li r-raġel jaf kien involut f’relazzjoni oħra anki jekk huwa ċaħad dan.
Meta ġiet biex tiddeċiedi, il-Qorti sostniet li r-raġel kien għadu ma jafx xi jrid u l-fatt li ż-żwieġ tħassar darbtejn kien kollu ħtija tiegħu.
Għalhekk ġie ordnat iħallas l-ispejjeż kollha involuti tat-tieġ li ntefqu mill-ġenituri tal-eks għarusa tiegħu.