Ta’ kull sena l-mistoqsija fuq fomm ħafna – Tgħid ixxarbuna l-għarajjex ta’ Santa Marija?
Din is-sena t-tweġiba għal din il-mistoqsija ġiet lejlet li seba’ parroċċi f’pajjiżna jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija; meta xita kbira ħakmet lill-gżejjer Maltin minn kmieni filgħodu.
Xita li fost l-oħrajn kienet ta’ tħassib u nkwiet fost id-dilettanti tan-nar partikolarment fil-Qrendi u fl-Imqabba.
Affetwana ħafna wara x-xita ta’ dalogħdu speċjalment in-nar tal-art għax kollu xxarrab. Qed nipruvaw insalvaw li nistgħu hux issa f’idejn il-Mulej.
Affetwatna żgur bħala preparamenti. Ix-xogħol jiżdied ħafna u trid tagħmel mill-aħjar biex il-ħsara tonqos timminimiżżaha u tiprova ma ssirx.
Ħadd ma jieħu gost hux ggħax ħafna xogħol trid tgħatti kollox tipprova ssalva tal-armar ukoll jiġifieri l-istatwi kollox hux. Minn kull għadd tieħu daqqa ta’ ħarta l-festa meta jiġri hekk hux.
Madankollu l-maltempata ta’ dalgħodu ma naqset xejn mid-determinazzjoni ta’ dawn il-membri li tant għandhom għal qalbhom din il-festa.
Dan anki jekk ix-xita u l-maltemp affetwa l-programmi li hemm imħejjija għat-Tlieta filgħaxija – li xorta se jsiru kif ppjanat.
Ħa jkun show mimli ħafna. Din is-sena ser ikollna il-fuq minn 11,000 shot. Ħa jkun jikkonsisti madwar show ta sigħa bħala show sinkroniżżat mal mużika apparti li umbad għandek il-murtali u l-murtaletti tradizzjonali. Ħa jkun show li naħseb ħa jolqot lil kulħadd.
Għada, l-parroċċi tal-Qrendi, tal-Mqabba, ta’ Ħal Għaxaq, ta’ ĦAttard, tal-Gudja, tal-Mosta u tar-Rabat Għawdex, jiċċelebraw din il-festa tant għal-qalb il-Maltin u l-Għawdxin.