Fil-Lusail Stadium, minn Grupp Ċ, l- Għarabja Sawdija għelbu lill-Arġentina bl-iskor ta’ 2-1.
F’inqas minn żewġ minuti, Lionel Messi mill-ewwel impenja lill-gowlkiper tal-Għarabja Sawdija Mohammed Alowais, li salvalu l-ballun minn xutt tajjeb minn tarf il-kaxxa.
Meta għaddew tmien minuti mill-bidu tal-partita, waqt li kien qed jingħata free kick minn Messi, Leandro Paredes twaqqa’ fil-kaxxa minn Saud Abdulhamid. Ir-referi ordna l-penalty wara li kkonsulta l-VAR. Fl-għaxar minuta, Lionel Messi minn penalty ma falliex u poġġa lill-Arġentina fil-vantaġġ.
Fit-22 minuta, reġa’ kien Messi li sab ix-xibka, iżda din id-darba il-gowl ma ngħatax għax kien f’pożizzjoni ta’ offside.
Fis-27 minuta, Lautaro Martinez ġie mal-gowlkiper u bla diffikultà għamilhom 2-0. Għaldaqstant mill-VAR irriżulta li Martinez kien ukoll offside.
Fl-34 minuta, reġa’ kien Martinez li kien żmarkat, irċieva l-ballun u kkonkluda fix-xibka, iżda kien offside għal darb’oħra.
Fit-48 minuta, it-tim Għarbi wettaq l-ewwel azzjoni perikoluża tiegħu, li ssarrfet fil-gowl tad-dro skurjat minn Saleh Alshehri.
Fit-53 minuta, it-tim tal-Għarabja Sawdija dawwar ir-riżultat u mar fil-vantaġġ bil-gowl mill-isbaħ ta’ Salem Aldawsari.
Fit-63 u fil-75 minuta l-gowlkiper Alowais kien fenomenali meta salva fuq Messi u Di Maria rispettivament. Lejn l-aħħar ħinijiet ħarġa fl-arja tal-gowlkiper Alowais, laqat b’irkopptu u weġġa’ serjament lil Yasser Alshahrani, li kellu jinħareġ fuq l-istretcher u jinbidel ma’ Mohammed Alburayk.
Ritratt: REUTERS