Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, l-għaqda studenteska Pulse, għal din is-sena ħatret Eżekuttiv ġdid.
Dan l-Eżekuttiv, għal darb’ oħra, se jkun mmexxi minn Karl Schembri fit-tmun, hekk kif se jokkupa l-kariga ta’ President.
Gabriel Camilleri se jassistih bħala Viċi-President, filwaqt li Kirsten Pace se tkun qed tokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali.
Dan l-Eżekuttiv se jmexxi l-għaqda sas-sena 2024.
Waqt din il-laqgħa, li saret fl-Università ta’ Malta, ġiet approvata wkoll il-ħidma li wettqet din l-għaqda tul din is-sena, kemm dik finanzjarja u anke dik amministrattiva.