L-għaqdiet ta’ St. John Rescue Corps u St. John Ambulance qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom sabiex jitwaqqad it-tixrid tal-imxija tal-Coronavirus.
Iċ-Chairman tal-Assoċjazzjoni ta’ St. John, Dr Michael Frendo stqarr: “ St. John Malta hija kommessa biex kemm jista’ jkun tgħin lill-awtoritajiet biex jiġġieldu kontra l-Coronavirus.”
Dan billi St John Rescue Corps qiegħda tikkordina mad-Dipartiment tal-Protezzjonii Ċivili. Din l-għaqda qed tagħti r-riżorsi tagħha lill-awtoritajiet. Dawn jinkludu l-voluntiera li ngħataw taħriġ speċjalizat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq proċeduri ta’ dekontaminazzjoni u apparat protettiv.
“Bħalissa għaddejjin preparamenti sabiex jinġieb aktar ilbies protettiv. L-għaqda għaddejja wkoll bi preparamenti sabiex tipprovdi akkomodazzjoni lill-volontiera tagħhom f’Forti Madalena f’każ li din is-sitwazzjoni tkompli teskala”, stqarr Andrew Grech, il-Kummissarju tas-St. John Rescue.
Huwa sostna li jinsabu lesti sabiex jassistu f’numru ta’ sitwazzjonijiet wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet.
St. John Malta jistgħu jgħinu billi: jassistu fi process ta’ dekontaminazzjoni, transportazzjoni ta’ affarijiet essenzjali u assistenza lill-anzjani, kif ukoll assitenza lil min hu marid, fost oħrajn.
Bħala għaqda volontarja St. John Rescue Corps qed tagħmel dak kollu li tista’ fil-ġlieda kontra l-Coronavirus.
Min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jżur is-sit https://bit.ly/2xepTq7
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.sjrcmalta.org u l-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/sjrcmalta/
Ritratt: St. John Rescue Corps/ Facebook