L-għaqda Repubblika qed titlob biex mal-270 immigrant jiddaħħlu f’pajjiżna jew l-Italja. Rapporti fil-midja qalu li b’kollox hemm tliet dgħajjes viċin Malta u l-Italja.
Jidher ukoll li l-persuni abbord kienu wkoll f’kuntatt mal-għaqda Alarm Phone.
Din qed tappella biex żewġ bastimenti tal-merkanzija li jinsabu fil-viċinanzi jagħtu xi forma ta’ għajnuna.