Fil-bidu taż-żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, l-għaqda Repubblika kitbet ittra fejn fost oħrajn fiha tkellmet dwar l-inkjesta pubblika fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Lil Von der Leyen qalulha wkoll li f’Malta hawn l-impunità u l-korruzzjoni.
L-ittra kienet iffirmata minn Robert Aquilina, ħu d-deputat tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina u hi konsistenti mal-aġir ta’ persuni oħra fi ħdan Repubblika, fosthom id-deputat Jason Azzopardi.
Meta f’pajjiżna jkun hawn istituzzjonijiet internazzjonali, tar-Repubblika huma magħrufa li jagħmlu l-almu tagħhom biex iwasslulhom messaġġ negattiv dwar Malta.
Messaġġ negattiv li spiċċa stona mad-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Intant, kien żvelat iktar minn darba li fl-aħħar ġimgħat saru laqgħat ta’ strateġija fid-Dar Ċentrali bejn uffiċjali ta’ Repubblika u oħrajn tal-Partit Nazzjonalista.