L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor se tkun qed tniedi kompetizzjoni sabiex jinbidel il-logo uffiċjali tal-assocjazzjoni.
Din se tkun miftuħa għal kulħadd u d-data tal-għeluq hija l-Hadd 24 ta’ Frar. Dawk interessati jistgħu jibgħatu email bil-logo tagħhom fuq regattalogocompetition@gmail.com .
Dawn imbagħad jgħaddu minn skrutinju li se jkunu qed jieħdu ħsiebu nies barra mill-assoċjazzjoni biex fl-aħħar minn dawk il-logos li jidħlu jintgħażlu l-aħjar tlieta dejjem skont il-bord u jitressqu quddiem il-kunsill tal-assoċjazzjoni biex hemm imbagħad jintgħażel il-logo il-gdid.
Il-logos se jaslu quddiem l-assoċjazzjoni b’nom de plume u dan sabiex il-membri tal-assoċjazzjoni ma jkunux jafu l-isem ta’ min bgħat il-logo.
Dan imbad jitħabbar meta jiġi magħżul il-logo rebbieħ.
Ir-rebbieħ/a se jkun qed jingħata plakka kommemorattiva bil-logo il-ġdid fuqha.
Il-logo imbagħad jibda jidher kull fejn tkun irrappreżentata l-assoċjazzoni, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.