Il-Pulse, li hi fformata minn studenti ta’ twemmin soċjal demokratiku, nediet kampanja bl-isem ta’ ‘Be Involved’ bil-għan li tenfasizza l-importanza tal-attiviżmu studentesk u ż-żgħażagħ fl-ifformar tas-soċjetà.
Kif imħabbar fuq il-midja soċjali tal-għaqda, il-President Karl Schembri qal kif l-inizjattiva, li ġejja mill-istudenti stess, trid tispira mexxejja ġodda għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Hu kompla li l-attiviżmu taż-żgħażagħ dejjem kien pedament importanti fit-tibdil tas-soċjetà, waqt li rrimarka kif, attwalment, id-dinja għaddejja minn tibdil kbir u għalhekk l-impenn żgħażagħ hu importanti ferm iżjed minn qatt qabel.
F’kummenti ma’ ONE News, Schembri spjega kif, fil-ġimgħat li ġejjin, se jkunu qed jittellgħu sensiela ta’ vidjows fuq il-midja soċjali indirizzati minn persuni prominenti f’pajjiżna li se jittrattaw temi importanti taż-żgħażagħ.
Kitba ta’ Andre Mizzi