Nisa Laburisti se tkun qed tipparteċipa attivament fil-konsultazzjoni pubblika biex jiddaħħal leave speċjali għall-ġenituri biex jieħdu ħsieb uliedhom morda.
“Inħarsu ‘il quddiem għal riforma soċjali fis-suq tax-xogħol kif imħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat” qalet il-President tal-għaqda NL – Nisa Laburisti Claudette Abela Baldacchino.
Żiedet tgħid li din ir-riforma soċjali filwaqt li għandha tinkludi lill-ġenituri u legal guardians tat-tfal għandha tħares lejn sitwazzjonijiet u ħtiġijiet differenti li jista’ jkollhom l-ulied u għalhekk għandha tkun riforma ħolistika.
“Filwaqt li hemm sitwazzjonijiet fejn tfal ikunu rikoverati d-dar minħabba mard, hemm sitwazzjonijiet oħra fejn tfal ikunu rikoverati anke l-isptar. Dawn huma sitwazzjonijiet differenti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni” qalet l-għaqda NL – Nisa Laburisti.
Din ir-riforma flimkien mal-bosta iniżjattivi li ddaħħlu sa mill-bidu ta’ din il-leġislatura fosthom childcare b’xejn, leave tal-maternità għal min jadotta u għall-nisa self employed flimkien ma’ mizuri oħra bħal inwork benefit, żieda fil-leave u anke l-fond tal-maternità juru l-impenn kbir tal-Gvern fl-oqsma tal-familja.
Dan kollu qed iwassal ukoll biex aktar nisa joħorġu fid-dinja tax-xogħol.