L-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, sabiex tfakkar il-125 sena mill-ewwel partiċepazjoni tagħha fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa neddiet CD ġdida ta’ marċi u innijiet funebri. Il-maġġor parti tal-marċi f’din is-CD huma marċi ġodda, li nkitbu għall-okkazjoni minn ulied din l-Għaqda.
Fost dawn il-marċi ġodda insibu żewġ marċi tas-surmast direttur preżenti Mro Archibald Mizzi, u kompożizjonijiet ta’ Mro Peter Cini, Mro Mario Testa u Ian Mallia. Dawn il-marċi ġodda huma mżewqa b’numru ta’ marċi antiki fosthom il-marċi: L’Ulimo Addio tal-eks surmast tal-Banda Mro Giovanni Vella u Eterna Pace ta’ Ugo Nicoletti.
Jikkumplimentaw dan is-sett ta’ marċi funebri, hemm tlett innijiet funebri: Poplu Tiegħi, O Vos Omns u Quddiem d-Duluri. Dawn it-tliet innijiet li kienu komposti mill-eks surmast direttur tal-Banda Mro Abel J Mizzi u jindaqqu kull sena waqt d-dħul tal-purċissjoni fil-knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ Martri f’ Ħal Qormi.