L- Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun ser tkun qiegħda terħilha lejn ir-raħal ta’ Fatima, fil-Portugall, fil-post fejn seħħet id-dehra tal-Madonna, fejn hemmhekk mistennija tiġi ċċelebrata quddiesa bil-Malti, biex imbagħad aktar tard matul dan il-vjaġġ l-għaqda ser ikolla l-okkażżjoni li tieħu sehem f’kunċert fil-Knisja ta’ San Sebastjan ġewwa Lisbona.
Finalment l-għaqda ser tiċċelebra quddiesa oħra, din id-darba fil-post fejn twieled Sant’Antnin fil-Knisja ddedikata lilu fl-istess Belt.
ONE NEWS tkellem mal-Assistent Segretarju tal-Għaqda Mużikali Raphael Scerri, li qalilna kif dan kollu huwa parti minn numru ta’ ċelebrazzjonijiet b’rabta mal-45 anniversarju tal-għaqda, kif ukoll il-150 sena mid-domma tal-Immakulata Kunċizzjoni.
Qal, ‘’Fil-fatt din hija t-tieni mawra, diġà f’April li għadda konna ġewwa Lourdes fi Franza u issa l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni flimkien mal-parroċċa sejrin nagħmlu t-tieni mawra tagħna issa din id-darba fil-Portugal sewwa sew ġewwa Fatima.’’