Waqt il-Laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, il-mexxejja Ewropej qablu fuq is-sitt pakkett ta’ sanzjonijet kontra r-Russja.
Dan il-pakkett jinkludi li jkunu nqatgħu madwar 90 fil-mija tal-importazzjoni ta’ prodotti taż-żejt mir-Russja sal-aħħar ta’ din is-sena.
Dan il-pakkett ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja mill-Unjoni Ewropea jinkludi ż-żejt kollu li jiġi esportat bil-baħar, iżda se jżomm iż-żejt Russu li jasal permezz tal-pipeline.
Dan il-qbil bejn intlaħaq bejn il-mexxejja Ewropej waqt l-ewwel jum tas-Summit, li ħa sehem fih il-Prim Ministru, Robert Abela.
F’messaġġ fuq Twitter minn Brussell, il-Prim Ministru Robert Abela qal li “l-għaqda fl-Unjoni Ewropea tibqa’ kruċjali għal paċi u l-istabbilità fl-Ewropa”.
#EUCO agreed on more sanctions targeting transhipment of crude oil & petroleum. We also discussed funding for the reconstruction of #Ukraine, #energy prices & the #RePowerEU plan for more sustainable energy. Unity remains key for peace and stability in #Europe. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) May 31, 2022
“U rnexxielna naslu għal ftehim u dak jawgura tajjeb ħafna għaliex ifisser illi f’dawn l-aħħar xhur konna uniti u bqajna uniti anki f’mumenti diffiċli fejn kien hemm diverġenzi wkoll. Għaliex hija realtà daqstant ieħor illi kull stat membru jrid jipproteġi l-interessi speċifiċi tiegħu.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Dan il-pjan mill-Kummissjoni Ewropea ilu li ġie ppreżentat ġimgħat u kien hemm numru ta’ pajjiżi Ewropej li ma jaqblux ma’ dan il-pakkett ta’ sanzjonijiet, minħabba li huma dipendenti fuq żejt Russu importat minn pipeline. F’dan il-kuntest, intlaħaq ftehim li jkun hemm eżenzjonijiet temporanji għal dawn il-pajjiżi.
Min-naħa tiegħu, fi tmiem il-Laqgħa l-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-appell ta’ pajjiżna huwa li s-sostenibbilità tibqa’ tiġi ggarantita.
“Iġifieri fil-mument li jkun hemm il-paċi u nittamaw li jkun mill-aktar fis possibbli, għalkemm hemmhekk l-affarijiet ma jidhrux sbieħ wisq. Imma xorta waħda s-sanzjonijiet se jkunu qegħdin idumu iżjed. Allura l-importanza tas-sostenibbiltà wkoll ta’ dawn is-sanzjonijiet.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Huwa qal li Malta se tibqa’ tiffoka fuq il-konnettività tal-gżejjer Maltin b’mod aktar sħiħ mal-infrastruttura tal-enerġija Ewropea, sabiex pajjiżna jgawdi mill-potenzjal sħiħ tas-suq Ewropew.
F’konferenza tal-aħbarijiet wara l-ewwel jum tal-Laqgħa speċjali, il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, qal li din hija kisba eċċezzjonali li ntlaħqet waqt mumenti ta’ sfidi.
“This is a remarkable achievement by the European Council. I would like to thank all the colleagues who participated in this meeting, because we need political leadership in this extraordinary difficult times.”
Il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel
Min-naħa tagħha, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, saħqet fuq l-importanza ta’ dan il-ftehim f’dan il-Kunsill Ewropew.
“This is very important, thanks to this Council we should now be able to finalise a ban on almost 90 percent of all Russian oil imports by the end of the year. This is an important step forward. The remaining 10 percent, on these ones, we wil soon return to the issue of these remaining 10 percent pipeline oil.”
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen
Minbarra l-enerġija, dan is-sitt pakkett ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja mill-Unjoni Ewropea jinkludi wkoll li jitneħħa l-akbar bank Russu, is-Sberbank, mis-sistema SWIFT.
AQRA WKOLL: