L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa llum kompliet taġġorna l-lista ta’ pajjiżi fejn hemm trasmissjoni lokali tal-COVID-19
Dawn il-pajjiżi jew reġjuni jikkonsistu:
Ir-Reġjun tal-Punent Paċifiku:
- Ċina (inkluż ir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Hong Kong)
- Ir-Repubblika tal-Korea
- Ġappun
- Singapore
- Awstralja
- Malażja
- Vjetnam
Ir-Reġjun tal-Ewropa:
- Italja
- Franza
- Ġermanja
- Spanja
- Renju Unit
- Norveġja
- Kroazja
- l-Olanda
- San Marino
- Svizzera
- Svezja
- Finlandja
- Greċja
- Danimarka
- Monaco
Ir-Reġjun tax-Xlokk tal-Asja:
- Tajlandja
- Indoneżja
Ir-Reġjun tal-Lvant tal-Mediterran:
- Iran
- Emirati Għarab Magħquda
- Iżrael
- Libanu
Ir-reġjun Amerikan:
- Kanada
- Stati Uniti tal-Amerka
- Ekwador
Ir-reġjun Afrikan:
- Alġerija
Persuni bis-sintomi ta’ infezzjoni respiratorja bis-sogħla, deni jew qtugħ ta’ nifs u li kienu f’dawn il-pajjiżi fl-aħħar 14-il ġurnata, għandhom iċemplu lit-tabib tagħhom jew il-helpline apposta 21324086. Dawn il-persuni huma avżati biex ma jżurux kliniċi tat-tobba, spizeriji, iċ-ċentri tas-saħħa u d-dipartiment tal-emerġenza bħala l-ewwel kuntatt tagħhom.
Ir-rakkomandazzjonijiet biex persuna tagħmel kwarantina lilha nnifisha jibqa’ għal dawk ir-reġjuni u pajjiżi fejn it-trasmissjoni bejn persuna u oħra hija għolja. Dawn huma:
- In-naħa ta’ fuq tal-Italja: Lombardija, Piedmont, Veneto u Emilia Romagna
- Ċina (li tinkludi ir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Hong Kong)
- Singapore
- Ġappan
- Iran
- Il-Korea t’Isfel
Il-membri tal-pubbliku inġenerali huma mfakkra biex jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji għall-prevenzjoni ta’ infezzjonijiet respiratorji:
Naddaf: naddaf idejk ta’ spiss billi taħsilhom bl-ilma u sapun jew billi tuża hand rub.
Waqqaf: Waqqaf milli mikrobu jinfirex billi toqgħod id-dar jekk tħossok ma tiflaħx. Tmurx għax-xogħol u tibgħatx lit-tfal l-iskola sakemm jgħaddu s-sintomi. Iżżurx persuni l-isptar jekk tkun ma tiflaħx.
Għatti: Uża tissue biex tgħatti ħalqek u mnieħrek meta tagħtas jew tisgħol. Tħallix it-tissues użati jiġru. Tagħttix ħalqek u mnieħrek bil-pala ta’ jdejk meta tagħtas jew tisgħol għax tista’ tikkontamina l-affarijiet li tmiss.
Għal iktar informazzjoni, il-pubbliku huwa mħeġġeġ iċempel il-COVID-19 helpline fuq 21324086 jew iżur il-website www.covid19.gov.mt.