Propju fl-20 ta’ Settembru 1933, 85 sena ilu ġiet imwaqqfa l-Banda Żejtun jew aħjar lGħaqda Banda Żejtun. L-għan speċifiku ta’ meta twaqqfet din l-Għaqda kien li tiġbor fiha liż-Żwieten permezz tal-mużika u l-Banda. Il-Kumitat preżenti biex ifakkar dan l-anniversarju ħaseb biex jitella’ programm ta’ mużika varja bit-tema’ ‘Celebrazzjoni 85’. Bħala post fejn sar dan il-kunċert intgħażel il-Mużew tal-Arkeoloġija, post mimli bl-arti dwar il-bidu tal-istorja Maltija li kien jakkumpanja sew mal-melodija tal-mużika magħżula mill-Għaqda Banda Żejtun.
Dan il-Programm Mużikali sar nhar il-25 ta’ Novembru, id-data tal-festa liturġika talPatruna taż-Żwieten Santa Katarina. Kif jidher kollox sar bi ħsieb u dedikazzjoni liema bħala. Dan il-programm mużikali kien ukoll l-ewwel impenn tas-surmast Mro. David Aguis mal-Banda Żejtun wara li f’ Settembru li għadda inħatar Direttur ta’ din il-banda flimkien mal-Assistent Surmast u għalliem ta’ l-strumenti tar-ram, Mro. Johan Debattista u Mro. Lesley Tabone għalliem ta’ l-strumenti tal-qasba.
Mro. David Aguis huwa surmast magħruf immens mal-baned Maltin fejn ikkompona diversi marċi li jindaqqu fil-festi Maltin, marċi funebri, kif ukoll mużika oħra bħal sinfoniji u overtures. Il-mużika magħżula mis-Surmast flimkien mal-Kummissjoni Banda kienet varjata ħafna, iżda impenjattiva fejn allegrat l-udjenza numeruża li attendiet għal dan ilKunċert.
Fost il-mużika li ndaqqet kien hemm l-Overture ‘La Gazza Ladra’ ta’ Giaochino Rossini (tifkira tal-150 sena mill-mewt ta’ Rossini). L-Overture ‘Capriccio Italien’ ta’ P.I. Tchailkowsky (tifkira tal-125 sena mill-mewt ta’ Tchailkowsky). IsSinfornija ‘African Shymphony’ tal-mibki Van McCoy, Rockin Elise, u selezzjoni millfilm ‘Police Academy’. Kien ukoll jaħbat l-ewwel sena mill-mewt tal-President ta’ l-istess Għaqda, is-Sur Joe Attard, għalhekk biex titfakkar din il-memorja ingħażlet is-Sinfonija ’25 Sena President’ li kiteb Mro. John J. Pace f’ għeluq l-25 sena anniversarju minn meta s-Sur Joe Attard sar president tal-Għaqda Banda Żejtun.
Għal din is-Sinfonija, waqt dan il-kunċert kien propju Mro. John J. Pace li dderiġa l-banda. Ta’ min semmi li Mro. Pace huwa ukoll surmast Onorarju tal-Banda Żejtun. Ma setgħax jonqos li l-għeluq kien wieħed ċelebri bl-esegużżjoni tal-Fantasija ‘Musical Impressions’ miktuba propju mis-Surmast Mro. David Aguis. Hawnekk ilBanda Żejtun ingħaqdet mad-daqq tal-Arpa fejn kompliet għolliet il-livell ta’ dan il-Programm Mużikali.
Programm uniku li ġie mfaħħar minn bosta mużiċisti u personalitajiet mill-qasam talmużika, kultura u arti. Fost kliem ta’ tifħir kien hemm dak tal-Ministru għall-Kultura Dr. Owen Bonniċi li kien ukoll preżenti.