Ħafna huma dawk li fi żmien il-Milied ikantaw u jisimgħu diversi għanjiet tal-Milied. Francesca Attard, ta’ 21 sena, li hija għalliema tal-Malti, għamlet riċerka dawr dawn l-għanijiet tal-Milied.
Ir-riċerka saret billi daret il-knejjes u mużewijiet, fejn sabet l-istess kotba. B’hekk fit-teżi ntużaw ħames kotba, fosthom il-ktieb ‘L-Iben t’Alla Sar Bniedem’. Fost l-għanijiet li ntużaw fl-istudju hemm ‘Nini La Tibkix Iżjed’ u ‘Lejl ta’ Xitwa’.
Fost it-temi ewlenin hemm ix-xejriet figurativi, indirizz u l-arranġamenti tal-ħoss.
Fl-istudju ħareġ li l-għanjiet Maltin tal-Milied li ġejjin minn diversi għanjiet oħra barranin, fosthom minħabba l-influewenza tal-Ingliż u tat-Taljan, matul il-Kwistjoni tal-Lingwa madwar 100 sena ilu.
Il-Malti fl-għanijiet tal-Milied kien wiehed sempliċi minħabba l-fatt li kienu ftit Maltin li jafu jaqraw.
Permezz t’hekk fil-lingwaġġ hemm diversi ‘onomatopea’, li tfisser li l-kliem ikun l-istess bħall-ħoss li qed tiddeskrivi l-kelma.
L-għanijiet immorru lura għas-seklu 8 meta kienu jintużaw mill-pagani, fejn imbagħad l-għanijiet daħlu f’pajjiżna madwar 100 sena ilu.